Pospost il-premiere u l-wiri tal-film il-ġdid ta’ 007 kawża tal-Coronavirus – One News

Notifiki

Pospost il-premiere u l-wiri tal-film il-ġdid ta’ 007 kawża tal-Coronavirus

Il-Coronavirus jista’ jgħodd ukoll lill-aġent sigriet famuż Brittaniku James Bond bħala wieħed mill-vittmi tiegħu. 

Dan hekk kif il-wiri tal-aħħar film mis-serje ta’ 007, No Time To Die, ġie pospost għat-12 ta’ Novembru li ġej. Huwa kellu jibda jintwera mit-2 ta’ April.

Fi stqarrija konġunta bejn il-produtturi tal-film intqal li dan qed isir wara konsiderazzjoni bir-reqqa u evalwazzjoni tas-sitwazzjoni fiċ-ċinema madwar id-dinja.

Għalkemm ma saret l-ebda referenza fl-istqarrija, jidher li waħda mir-raġunijiet ewlenin wara l-posponiment huwa l-fatt li l-attivita fiċ-Ċina waqfet kważi għal kollox kawża ta’ dan il-virus.

Dan hekk kif illum iċ-ċinema fiċ-Ċina hija kkunsidrata bħala kruċjali għas-suċċess jew falliment ta’ films blockbuster bħal No Time To Die.

Fil-fatt fl-aħħar film mis-serje ta’ 007, kwart tal-qliegħ globali li għamel kien dovut miċ-Ċina waħidha.
Intant dan il-posponiment huwa t-tieni wieħed għal No Time To Die wara li kien diġa pospost minħabba diffikultajiet waqt il-ġbid tal-film. Dan ifisser li meta l-film se jintwera sena tard mid-data oriġinali ta’ Novembru 2019.
embed tweet:

 

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend