Omaġġ lil Alfred Sant fil-Campus Book Festival – One News

Notifiki

Omaġġ lil Alfred Sant fil-Campus Book Festival

SKS Publishers se jagħtu omaġġ lil Alfred Sant waqt il-Campus Book Festival 2020 bejn 25 u 27 ta’ Marzu fl-Università ta’ Malta. Rumanzi u novelli ippubblikati minn SKS fuq medda ta’ snin La Bidu, La Tmiem 1599, Ġorġ Bush f’Malta, Bħal f’Dizzjunarju, L-Ewwel Weraq tal-Bajtar, Pupu fil-Baħar,Ċpar,WESTERN: Bejn Rakkonti, Bejn Divertimenti u Qabel tiftaħ l-inkjesta u drammi oħra se jkunu esebiti fl-istand tal-SKS. Se jkunu hemm ukoll l-ewwel volum tal-awtobiografija ta’ Sant Confessions of a European Maltese.

Alfred Sant għadu kemm ingħata l-Premju tal-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb għall-kontribut siewi fil-Qasam tal-Kotba u l-Letteratura (2019) bħala rikonoxximent prestiġġjuż għall-kitbiet letteratarji tiegħu li sebbħu l-letteratura u s-soċjetà Maltija.

Mindu ippubblika l-ewwel rumanz tiegħu: L-Ewwel Weraq tal-Bajtar fl-1968, Alfred Sant stabilixxa lilu nnifsu bħala wieħed mir-rumanziera ewlenin moderni tal-letteratura Maltija. Fl-1967 kien diġa’ meqjus bħala kittieb innovattiv b’kitbiet għat-teatru ma’ kittieba oħra wara l-Indipendenza li irrivoluzzjonaw il-letteratura Maltija.

Fl-ewwel rumanz tiegħu ħa l-parir ta’ W. Somerset Maugham, kittieb li Sant dejjem ammira, u kiteb dwar żgħożitu. Iżda r-rumanzi u n-novelli l-oħra  juru l-ħila tiegħu  li jesperimenta bi strutturi u stili differenti.

Sant esplora toroq ġodda letterarji tul il-karriera tiegħu. Fl-2011 ippubblika  Bħal f’Dizzjunarju (SKS), rumanz li jistgħu jinqara minn liema kapitli wieħed jixtieq. Fl-2016 ippubblika Western: Bejn Rakkonti, Bejn Divertimenti (SKS), kollezzjoni ta’ novelli ispirati mid-dinja tal-Western bi stejjer ta’ immigranti Maltin li qatt qabel ma ġew rakkontati.

Il-moral ta’ din l-istorja huwa li Alfred Sant huwa awtur li l-istorja tiegħu dejjem tinkiteb mill-ġdid.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend