Notifiki

L-MDA b’direttiva lill-membri kollha tagħha

Fi stqarrija l-Assoċjazzjoni għall-Iżviluppaturi Maltin qalet li ħarġet direttivi għall-membri kollha tagħha sabiex għada il-Ħamis, il-gurnata tal-funeral tas-Sinjura Pace, ma jsir l-ebda xogħol ta’ skavar jew twaqqigħ ta’ bini fis-siti kollha ta’ kostruzzjoni fil-pajjiż.

Wara t-traġedja li seħħet aktar kmieni din il-ġimgħa f’Santa Venera, li fiha tilfet ħajjitha intortament Miriam Pace, il-Kunsill tal-MDA, fuq suġġeriment tal-President Sandro Chetcuti, iddeċieda li jagħti sinjal simboliku ta’ solidarjetà mal-vittma u l-familja tagħha.

L-MDA tenniet s-sogħba tagħha għal din it-traġedja u l-kondoljanzi lill-familja Pace.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend