Jinżamm arrestat wara li darab lill-ex sieħba – One News

Notifiki

Jinżamm arrestat wara li darab lill-ex sieħba

Niġerjan ta’ 32 sena nżamm arrestat wara li tressaq il-Qorti mixli li l-Ħadd li għadda kkaġuna ġrieħi gravi lill-ex sieħba f’każ ta’ vjolenza domestika f’Raħal Ġdid.

Fil-qorti ngħad li meta l-Pulizija marru fuq il-post sabu tliet persuni oħra jargumentaw fit-triq. Ingħad li akkużat u s-sieħba tiegħu ngħataw l-attenzjoni medika fl-isptar waqt li żewġ persuni oħra ġarrbu ġrieħi ħfief.

L-Avukat Joey Reno Vella li deher għall-famlja qal li l-akkużat huwa perikoluż. Il-Qorti ma laqgħetx it-talba tal-akkużat biex jingħataw l-ħelsien mill-arrest.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend