L-Awtorità tal-Ippjanar irrifjutat applikazzjoni għall-bini ta’ villa flok żewġt ikmamar abbandunati fil-Wied ta’ Birguma. Dan kienet it-tielet darba li l-applikant ipprova jikseb il-permess wara li l-awtorità kienet diġà rrifjutatlu l-permess fl-elfejn u sbatax u fl-elfejn u tmintax/
Il-Kummissjoni tal-Ippjanar tal-Awtorità tal-Ippjanar li tiddeċiedi applikazzjonijiet f’’żoni barra mil-limiti tal-iżvilupp u f’żoni ta’ konservazzjoni urbana laqgħet ir-rakkomandazzjoni tad-Direttorat tal-Ippjanar u rrifjutat mill-ġdid l-applikazzjoni.
Dan minħabba nuqqas ta’ evidenza li l-kmamar kienu jintużaw bħala razzett. Il-Kummissjoni tal-Ippjanar qalet li l-istrutturi eżistenti mhux joħolqu impatt ambjentali negattiv u l-binja eżistenti ma tiġġustifikax l-iżvilupp mill-ġdid tagħha f’dar residenzjali ġdida.