Il-Bank Dinji bi 12-il biljun dollaru għall-Coronavirus – One News

Notifiki

Il-Bank Dinji bi 12-il biljun dollaru għall-Coronavirus

Il-Bank Dinji ddedika 12-il biljun dollaru Amerikan għall-aktar pajjiżi foqra u f’riskju, u li għadhom qed jiżviluppaw, biex jilqgħu għall-imxija tal-Coronavirus.

Il-pakkett jinkludi self, għotjiet u assistenza teknika.

Din l-għajnuna tal-Bank Dinji għandha l-għan li tgħin pajjiżi jtejbu s-saħħa pubblika fid-dawl tal-kriżi, fl-istess waqt li jaħdmu mas-settur privat biex inaqqsu l-impatt ekonomiku.

Din l-azzjoni ttieħdet wara li diversi mexxejja minn madwar id-dinja wegħdu li se jipproteġu lil pajjiżhom mill-impatt ekonomiku tat-tifqiegħa, hekk kif ħarġu diversi twissijiet li r-riperkussjonijiet ta’ dan il-virus jistgħu jpoġġu numru ta’ pajjiżi f’riċessjoni.

Ritratt: Getty Images

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend