AĠĠORNAT: Il-Gvern Taljan ħabbar għalaq l-iskejjel kollha minħabba l-Coronavirus – One News

Notifiki

AĠĠORNAT: Il-Gvern Taljan ħabbar għalaq l-iskejjel kollha minħabba l-Coronavirus

L-Italja ħabbret li se tagħlaq l-iskejjel, kulleġġi u Universitajiet kollha sal-15 ta’ Marzu, minħabba l-coronavirus.

Il-Ministru tal-Isport Taljan qal li l-Gvern qed jaħseb biex jagħmilha uffiċjali li logħob tal-futbol professjonali u avvenimenti sportivi kbar oħra, jintlagħbu wara bibien magħluqa minħabba l-Coronavirus.

Fi żviluppi f’pajjiżi oħra, ġew irrapportati 15-il każ ieħor ta’ mewt fl-Iran, filwaqt li ċ-Ċilì u l-Arġentina rrappurtaw l-ewwel każijiet ta’ Coronavirus.

Intant, il-Bank Dinji ddedika 12-il biljun dollaru Amerikan għall-pajjiżi li għadhom qed jiżviluppaw, biex jilqgħu għall-imxija tal-Coronavirus.

Din l-għajnuna tal-Bank Dinji għandha l-għan li tgħin l-aktar pajjiżi foqra u f’riskju, itejbu s-saħħa pubblika fid-dawl tal-kriżi, fl-istess waqt li jaħdmu mas-settur privat biex inaqqsu l-impatt ekonomiku, hekk kif ħarġu diversi twissijiet li r-riperkussjonijiet ta’ dan il-virus jistgħu jpoġġu numru ta’ pajjiżi f’riċessjoni.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend