Erba’ immigranti li bħalissa jgħixu fiċ-ċentru miftuħ ta’ Ħal Far ġew ikkundannati sitt xhur ħabs wara li pruvaw isiefru lejn l-italja b’passaporti u dokumenti Taljani foloz.
Fil-Qorti t-Tlieta huma ammettew l-akkużi miġjuba kontrihom. Il-prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispettur Lara Butters.