Ebda każ tal-Coronavirus f’Malta- Il-Professur Charmaine Gauci – One News

Notifiki

Ebda każ tal-Coronavirus f’Malta- Il-Professur Charmaine Gauci

F’pajjiżna m’għandna l-ebda każ tal-Coronavirus. Dan qalitu s-Supretendent tas-Saħħa Pubblika Charmaine Gauci fejn spjegat ukoll li sa issa minn 56 test li saru kollha rriżultaw fin-negattiv.

Spjegat li m’għandna l-ebda każ għax is-Saħħa Pubblika qed taħdem biex jekk ikun hemm każ jinqabad kmieni. Għalhekk bħalissa qed isir screening fil-punti tad-dħul kollha biex f’każ li tidħol persuna infettata tinqabad malajr.

Il-Professur Gauci spjegat li d-Dipartiment saħħaħ l-parir tal-ivjaġġar. Filfatt ħareġ parir dwar ivjaġġar mhux essenzjali. Filfatt dwar dan hemm diversi nies li kkanċellaw l-ivjaġġar għall-pajjiżi affetwati.

Madwar id-dinja, 80% ta’ dawk infettati bil-Coronavirus qed ifiequ waħedhom mingħajr bżonn li jiddaħħlu l-isptar u huma biss 2% tal-każijiet li spiċċaw f’fatalità. Madankollu hija qalet li f’każ li persuna tittestja pożittiv se tkun qed tinżamm ġewwa unit ta’ 12-il sodda li ġiet ppreparata apposta.

Spjegat ukoll li bħalissa għaddejja ħidma sabiex tiġi preparata unit oħra apparti din il-unit ta’ 12-il sodda u t-taqsima tal-mard infettiv li bħalissa hemm fl-isptar mater dei.

Bħalissa f’Malta m’hawn ħadd taħt kwarantina obbligatorja u spjegat li t-tliet persuni li ġew minn fuq il-curiseliner baqgħu jittestjaw fin-negattiv u ġew rilaxxati mill-ordni tal-kwarantina. Hija kkonfermat li dawn it-tliet persuni kkoperaw ħafna iżda xorta ġie nfurzat l-att tas-saħħa pubblika fuqhom u kienu mgħassa wkoll mill-Pulizija.

Hija spjegat ukoll li t-taħriġ speċjalizzat għall-professjonisti qed jibqa’ għaddej fuq bażi one to one.

Il-professur Gauci tkellmet ukoll dwar dak li qalu t-tobba dwar titjiriet li jaslu Malta minn Bergamo l-Italja. Hija spjegat li Ir-rispons tad-Dipartiment huwa pproporzjonat għar-riskju ta’ bħalissa.

Dwar it-titjiriet minn pajjiżi affetwati, d-dipartiment jinsab f’kuntatt mal-WHO u qed jimxu mar-rakomondazzjonijiet tagħhom. Spjegat li sal-lum stess sar video link ma’ kull reġjun u ngħata aġġornament dwar x’inhu jiġri. Bħalissa l-WHO mhu tirrakomanda l-ebda travel ban u lanqas trade bans.

Minn naħa tiegħu l-Kap tad-Dipartiment tal-Patoloġija tal-Isptar Mater Dei spjega li qed isiru diversi testijiet għall-Corona Virus u spjega li kull test għall-mard respiratorju qed jiġi ttestjat ukoll għall-Corona Virus.

Spjega li t-testijiet qed isiru frekwenti ħafna u li bħalissa l-ħaddiema tal-laboratorju jinsabu għadejjin b’taħriġ sabiex aktar nies ikunu mħarrġa dwar il-Coronavirus f’każ li jiżdiedu l-persuni li jibdew jiġu ttestjati.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend