Jinżamm arrestat wara li kien mixli li wettaq serqa u uża pepper spray f’ħanut f’Tas-Sliema


Olivier Krautscheid ta’ 32 sena mill-Ġermanja residenti Tas-Sliema tressaq il-Qorti akkużat li seraq minn ħanut. Huwa ġie akkużat li nhar it-Tlieta għall-ħabta tat-2:45 ta’ waranofsinhar, seraq minn ħanut tal-ħaxix fi Triq il-Creche tas-Sliema.

Huwa daħal fil-ħanut, u ħareġ pepper spray biex ibeżża’ l-impjegat li kien hemm mill-cash register seraq ammont ta’ flus kontanti u ħarab minn fuq il-post.

Fuq nstabu €300 imma sid il-ħanut qed jgħid li nsterqulu €3,000.

Fil-Qorti huwa qal li jaħdem bħala self employed ma’ kumpanija.

Il-Maġistrat Clare Stafrace Zammit ordnat sabiex isir pre-sentencing report fil-konfront tal-akkużat minħabba li fil-Qorti ħareġ li għandu problemi mentali.

Huwa talab għall-ħelsien mill-arrest iżda l-Maġistrat ordnat li jibqa’ arrestat. Hija rrakomandat sabiex jinżamm Monte Karmeli.

Il-Prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispetturi Fabian Fleri, Lydon Zammit u Colin Sheldon.

Aqra wkoll:

Se jitressaq il-Qorti l-Ġermaniż li allegatament uża l-‘pepper spray’ waqt serqa f’Tas-Sliema

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend