Notifiki

Immigranti li għomew mit-Turkija sal-Greċja milqugħa bil-gass tad-dmugħ

Immigranti li għomew miit-Turkija sal-Greċja ġew milqugħa bil-gass tad-dmugħ. Dan ġara wara li l-President tat-Turkija ddikjara b’mod uffiċjali li l-fruntiera tal-Punent hija miftuħa għall-immigranti u r-refuġjati bil-ħsieb li jimirħu lejn l-Ewropa.

Minn tal-inqas 13,000 refuġjat u immigranti ngħaqdu flimkien mal-fruntiera. Filwaqt li mijiet oħra laħqu l-gżejjer Griegi permezz ta’ dgħajsa.

Fosthom ntlemħu wħud jgħumuha matul ix-xmara ta’ Evros. Xhieda tal-lokal tennew li l-Pulizija Griegi fetħu l-gass tad-dmugħ sabiex jwaqqfuhom milli jidħlu.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend