Coronavirus: Il-Portugall bl-ewwel każijiet – One News

Notifiki

Coronavirus: Il-Portugall bl-ewwel każijiet

Fil-Portugall ġew irrappurtati l-ewwel każijiet ta’ Coronavirus, li fosthom hemm żewġt irġiel li kien għadhom kif ġejjin mill-Italja u Spanja rispettivament.

Dan filwaqt li fl-Iran miet il-Mexxej Suprem Ayatollah Ali Khamenei wara li ġie infettat bil-COVID-19.

Fuq il-midja Iranjana kien irrappurtat li Mirmohammadi li kellu 71 sena, ħalla din id-dinja fi sptar li jinsab Tehran.

Huwa l-ewwel uffiċjal b’kariga għolja li miet minħabba dan il-virus. Diversi uffiċjali f’dan il-pajjiż ġew infettati bil-COVID-19.

Fil-fatt fl-Iran hemm l-ogħla rata ta’ mwiet kawża tal-Coronavirus wara ċ-Ċina li hu l-pajjiż fejn oriġina dan il-virus.

S’issa f’Ċina mietu 54 persuna bil-Coronavirus filwaqt li hemm 978 każijiet ta’ persuni li huma infettati b’dan l-istess virus.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend