Uffiċjali mill-Kosta tal-Punent fl-Istati Uniti rrapportaw tliet każijiet ta’ coronavirus li l-fatti dwarhom għadhom mhumhiex ċari, fost tħassib li dan il-virus jista’ jkun qed jinfirex fil-komunità.
Il-pazjenti f’Kalifornja, Oregon u Washington ma kellhom ebda kuntatt ma’ pajjiż milqut mill-Coronavirus.
Fl-Istati Uniti hemm 59 każ ta’ Coronavirus.
Intant fl-Italja, il-logħba bejn Juventus u Inter li kellha tintlagħab għada f’Turin ġiet postposta minħabba l-Coronavirus. Tħassru wkoll ħames logħbiet oħra bħala prekwazzjoni.
Ritratt: EPA
Aqra wkoll:
Il-logħba bejn Juventus u l-Inter ġiet postposta minħabba l-Coronavirus