Ingliż ta’ 29 sena, jinsab fil-periklu tal-mewt wara li waqa’ minn fuq wara’ ta’ trakk fin-Naxxar.
Il-każ seħħ ilbieraħ, għall-ħabta tal-ħdax u nofs ta’ filgħaxija fi Triq Tul il-Kosta, Naxxar.
Il-Pulizija tad-Distrett marret minnufih fuq il-post u minn stħarriġ preliminari li sar, irriżulta li r-raġel, li hu mir-Renju Unit, għal xi raġuni waqa’ min fuq wara ta’ trakk.
Fuq il-post issejjaħ tim mediku li ta l-ewwel għajnuna u ambulanza li ħadet lil vittma’ l-Isptar Mater Dei għall-kura meħtieġa. Iktar tard, ġie ċċertifikat li qiegħed isofri min ġrieħi serji.
Bil-każ ġiet infurmata l-Maġistrat tal-Għassa Dr. Astrid May Grima li ħatret diversi esperti sabiex jassistuha fl-inkjesta li ġiet appuntata.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan l-inċident qed jitmexxew mill-Pulizija tad-Distrett.