L-Amerka u l-alleati tagħha se jwaqqfu il-ġlied fl-Afganistan għal 14-il xahar – One News

Notifiki

L-Amerka u l-alleati tagħha se jwaqqfu il-ġlied fl-Afganistan għal 14-il xahar

L-Amerka u l-alleati tagħha se jkunu qed iwaqqfu lit-truppi kollha tagħhom milli jiġġieldu fl-Afganistan f’madwar 14-il xahar, dejjem jekk it-Talibani jżommu l-wegħda tagħhom b’rabta mal-ftehim li se jiġi ffirmat fiż-żmien qarib.
Dan tħabbar wara d-dikjarazzjoni konġunta li ħarġet mill-Istati Uniti u l-Afghanistan f’Kabul.

Il-ftehim se jkun qed jiġi ffirmat il-Qatar tard il-Ħadd fejn mistenni li jwitti t-triq għall-paċi fl-Afghanistan wara 18-il sena ta’ kunflitt.

Ritratt: Reuters

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend