Splużjoni ta’ ċilindru tal-gass f’appartament f’Ħaż-Żebbuġ – One News

Notifiki

Splużjoni ta’ ċilindru tal-gass f’appartament f’Ħaż-Żebbuġ

Ħadd ma ndarab fi splużjoni ta’ ċilindru tal-gass li seħħet f’dar li tinsab fi Triq iż-Żebbuġa l-Bajda, f’Ħaż-Żebbuġ.

Il-Pulizija qalet ma’ one.com.mt li l-isplużjoni seħħet għall-ħabta tas-2.15 p.m. S’issa għad mhux magħruf x’wassal għall-isplużjoni taċ-ċilindru tal-gass.

Fuq il-post marru minnufih ħaddiema tal-protezzjoni ċivili li għaddejjin b’ħidma biex jitfu n-nirien li ħakmu l-appartament.

Aktar dettalji fil-ħin li ġej.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend