Bejjiegħ tal-laħam mixli li weġġa’ xufier f’attentat ta’ serqa – One News

Bejjiegħ tal-laħam mixli li weġġa’ xufier f’attentat ta’ serqa

Colin Galea ta’ 28 sena mill-Imsida nżamm arrestat preventiv wara li allegatament prova jisraq u agredixxa xufier ta’ karozza tal-linja fi Blata l-Bajda. 

Il-każ seħħ fis-16 ta’ Frar fil-11:00 ta’ filgħaxija fi Blata l-Bajda.

Galea li jaħdem ibiegħ il-laħam, tela’ fuq il-karozza tal-linja li fiha kien hemm ix-xufier, prova jisraqlu l-flus li qala’ minn nies li telghu fuq tal-linja. Huwa prova jattakka lix-xufier li huwa Pakistan u spiċċa qala’ xebgħa mill-akkużat.

Quddiem il-Maġistrat Astrid May Grima ħareġ li l-akkużat għandu problema ta’ droga.

Il-Prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispetturi Fabian Fleri, Lydon Zammit u Wayne Camilleri

L-Avukat Albert Zerafa deher għall-vittma.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend