Se jibda jitlaqa’ kumitat b’nies fl-industrija tat-turiżmu b’rabta mal-Coronavirus – One News

Notifiki

Se jibda jitlaqa’ kumitat b’nies fl-industrija tat-turiżmu b’rabta mal-Coronavirus

Minn għada jibda’ jiltaqa’ l-kumitat magħmul minn stakeholders ewlenin fl-industrija tat-turiżmu b’rabta mal-Coronavirus COVID-19.

Il-Ministeru għat-Turiżmu u l-Protezzjoni tal-Konsumatur qiegħed jissorvelja kontinwament l-aħħar żviluppi fir-rigward tat-tixrid tal-coronavirus, f’konsultazzjoni sħiħa mal-Kumitat Operattiv tal-Gvern Ċentrali.

Filwaqt li lokalment mhemm l-ebda raġuni għall-allarm u s-sitwazzjoni tibqa’ waħda taħt kontroll u mingħajr każijiet irrappurtati, huwa prudenti li nibqgħu viġilanti f’termini ta’ moniteraġġ u fi stat ta’ tħejjija. Bla dubju l-Ministeru hu konxju li s-sitwazzjoni tista’ titlob għal deċiżjonijiet li jħallu impatt fuq l-ekonomija lokali, b’mod partikolari l-ivvjaġġar u l-industrija tat-turiżmu.

F’dan il-kuntest, il-Ministeru jqis li għandu jkun proattiv u mhux  reattiv, u għaldaqstant qed jgħaqqad il-forzi kollha fi ħdan il-Ministeru biex flimkien mal-istakeholders ewlenin fl-industrija jkun hemm azzjoni aktar koordinata fil-miżuri reattivi.

Il-Ministeru għat-Turiżmu u l-Protezzjoni tal-Konsumatur stieden stakeholders ewlenin biex jiffurmaw parti minn Kumitat ta’ ħidma ta’ livell għoli fi ħdan il-Ministeru li se jiltaqa’ mal-ewwel minn għada. Il-Kumitat hu magħmul minn numru ta stakeholders interni u esterni u għandu l-irwol li jiddiskuti u jirrakkomanda azzjonijiet meħtieġa f’konsultazzjoni mal-awtoritajiet kkonċernati.

 

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend