Pjanijiet tat-tielet runway f’Heathrow jisfaxxaw fuq kwistjoni ambjentali – One News

Pjanijiet tat-tielet runway f’Heathrow jisfaxxaw fuq kwistjoni ambjentali

Il-pjanijiet għal-bini tat-tielet runway fl-ajruport ta’ Heathrow sfaxxaw fix-xejn. Dan wara li tilfu appell legali fuq raġuni ambjentali.

Huma saħqu li, lil dak iż-żmien Segretarju tat-Tranport Chris Grayling li fid-deċiżjoni tiegħu dwar dan il-proġett li ħa fl-2018 injora diversi fatturi fosthom l-kwalità tal-arja, it-tniġġiż li ġej mill-istorbju u konġestjoni tat-traffiku.

Din l-aħbar ġiet ċċelebrata minn diversi attivisti barra l-qorti l-Ħamis filgħodu.

Fost dawk li kkritikaw dan il-proġett kien hemm Boris Johnson. Li dak iż-żmien kien sindku ta’ Londra u fuq diversi okkażżjonijiet tenna li kien ħa jinxteħet quddiem il-bulldozers sabiex jxekkel milli x-xogħol jiskatta.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend