Jason Azzopardi jwaħħal f’Delia għar-riżenja ta’ Marthese Portelli – One News

Jason Azzopardi jwaħħal f’Delia għar-riżenja ta’ Marthese Portelli

Id-Deputat Nazzjonalista Marthese Portelli ħabbret li se tirriżenja minn Deputat Nazzjonalista.

F’daqqa oħra għall-Partit immexxi minn Adrian Delia, Portelli fi stqarrija fuq Facebook qalet li għarrfet l-iSpeaker tal-Kamra Anġlu Farrugia bir-riżenja tagħha.

Ir-riżenja ta’ Portelli tkompli żżid mal-pressjoni fuq il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia li għal dawn l-aħħar ġimgħat ħabbat wiċċu ma’ riżenja wara oħra fid-dawl tal-kriżi kbira li reġgħet fniet lill-Partit Nazzjonalista.

Ir-riżenja ta’ Portelli waslet għal bosta reazzjonijiet, fosthom tad-deputat Nazzjonalista Jason Azzopardi li ħmistax ilu għaqqad 17-il deputat nazzjonalista foshtom Marthese Portelli, biex isejħu għar-riżenja ta’ Adrian Delia minn kap tal-partit.

Bla ma semma ismu, iżda b’referenza ċara għal Delia, fuq Facebook, Azzopardi qal li “tlifna kollega ħabbrieka u intelliġenti minħabba ħaddieħor.”

Huwa żied jgħid xi jrid iseħħ iktar biex jinfetħu l-għajnejn u jirtabu l-irjus?”

Dan b’referenza ċara għar-ras iebsa tal-Kap Nazzjonalista Adrian Delia li baqa’ jirrifjuta milli jwarrab minn Kap tal-Partit.

Intant ir-riżenja ta’ Portelli kompliet toħroġ fil-beraħ il-qasma interna fil-partit Nazzjonalisti. Bosta partitarji ġibdu l-istess ħabel ta’ Azzopardi u weħħlu fit-tmexxija ta’ Delia.

Georgina Zammit Farrugia qalet “L-irjus iebsa li hemm! Komplu kissru dak li bnejna.

Thomas Frendo għajjar lil Delia “għaġeb” u qallu biex jitlaq ’il barra.

Madankollu dlonk irrabattew partitarji qrib Delia b’tentattiv li jaqbżu għal Kap tagħhom.

Lino Camilleri qal li l-fazzjoni Busuttil kissret partit/ “Kulħadd ifittex l-interessi personali tiegħu.”

Dan filwaqt li Emmanuel Farrugia qal li l-Paritit Nazzjonalista qed jitnaddaf.

Ir-riżenja ta’ Portelli ssegwi dawk ta’ Angelito Sciberras, Antoine Portelli, Clyde Puli, Robert Arrigo u Kristy Debono minn karigi importanti fil-Partit Nazzjonalista.

Marthese Portelli se tirreżenja minn Deputat Nazzjonalista

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend