Il-PM jilqa’ l-pożizzjoni tal-PN favur mekkaniżmu biex jiżdiedu n-nisa fil-Parlament – One News

Il-PM jilqa’ l-pożizzjoni tal-PN favur mekkaniżmu biex jiżdiedu n-nisa fil-Parlament

Il-Prim Ministru Robert Abela laqa’ l-pożizzjoni tal-Partit Nazzjonalista li ddikjara li huwa favur il-mekkaniżmu pożittiv li nieda l-Gvern biex tiżdied ir-rappreżentanza tan-nisa fil-Parlament.

Fi tweet, Dr Abela qal li qiegħed iħares ‘il quddiem għal dibattitu fil-Parlament li minnu qal li pajjiżna għandu joħroġ aktar magħqud biex iġib bilanċ aħjar bejn in-nisa u l-irġiel fl-ogħla istituzzjoni tal-pajjiż.

Fl-aħħar xhur il-Gvern nieda dokument li fih ippropona emendi legali u kostituzzjonali li jippermettu siġġijiet addizzjonali għas-sess sotto-rappreżentat li jkun kiseb anqas minn 40 fil-mija tas-siġġijiet parlamentari f’elezzjoni ġenerali.

Dan il-mekkaniżmu jibda jitħaddem kull meta wieħed mis-sessi jikseb anqas minn 40% tas-siġġijiet parlamentari.

B’dan il-mekkaniżmu jiżdiedu massimu ta’ 12-il siġġu addizzjonali riservat għal kandidati mis-sess sotto-rappreżentat li jkunu kkontestaw l-elezzjoni iżda ma jkunux telgħu bil-proċess eżistenti.

Dan id-dokument tressaq mill-Gvern fid-dawl tal-fatt li Malta għandha t-tielet l-inqas rata ta’ nisa fil-Parlament meta mqabbla ma’ 41 pajjiż ieħor, partikolarment dawk Ewropej u oħrajn viċin.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend