Il-PBS bi ftehim mar-RAI li jiftaħ il-bibien għal tisħiħ fil-kooperazzjoni u t-taħriġ tal-ħaddiema – One News

Notifiki

Il-PBS bi ftehim mar-RAI li jiftaħ il-bibien għal tisħiħ fil-kooperazzjoni u t-taħriġ tal-ħaddiema

Ix-xandir nazzjonali u l-istazzjon nazzjonali, RAI ffirmaw ftehim li se jiftaħ il-bibien għal programmi ta’ koperazzjoni fl-oqsma tat-televiżjoni, tar-radju, u tal-internet, li jkunu jinkludu l-parteċipazzjoni ta’ ġurnalisti Maltin fl-iskola tal-ġurnaliżmu tar-RAI, f’Perugia.

Dan l-iffirmar sar f’Ruma fil-preżenza tal-Ministru responsabbli mill-PBS, Carmelo Abela.

Il-Ministru Abela enfasizza l-importanza li Malta u l-Italja jaħdmu aktar flimkien fuq diversi temi.

Intant il-Ministru kellu laqgħat bilaterali mal-Kardinal Peter Turkson, Prefett tad-Dikasteru għall-Promozzjoni tal-Iżvilupp Integrali tal-bniedem fi ħdan is-Santa Sede u mal-Ministru tax-Xogħol tal-Italja, Nunzia Catalfo.

Fost l-oħrajn tkellmu dwar il-ħolqien ta’ impjiegi f’dinja li qed tkompli tiżviluppa fit-teknoloġija.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend