BIL-FILMAT: Sa issa l-ebda każ ta’ Coronavirus f’Malta – Dr Chris Barbara jagħti l-aħħar aġġornament – One News

BIL-FILMAT: Sa issa l-ebda każ ta’ Coronavirus f’Malta – Dr Chris Barbara jagħti l-aħħar aġġornament


“Sal-aħħar ħames minuti li qed nitkellem ma kien hemm l-ebda każ ta’ Coronavirus f’Malta.”

Iddikjara dan dalgħodu l-Kap tad-Dipartiment tal-Patoloġija Dr Chris Barbara meta kien qed jagħti l-aħħar aġġornament fil-programm ONE Breakfast.

Dr Barbara qal li fit-3:00 ta’ filgħodu daħal xi ħadd f’pajjiżna mill-ajruport bid-deni u ġie iżolat sakemm saru t-testijiet meħtieġa.

Qal li f’dan il-każ ukoll it-test irriżulta fin-negattiv.

Dr Barbara tenna dak li qalet ilbieraħ is-Supretendent tas-Saħħa Pubblika l-Professur Charmaine Gauci li kemm- il darba jfeġġ każ tal-Coronavirus f’pajjiżna, l-awtoritajiet se jkunu qed jinfurmaw lill-pubbliku mal-ewwel.

Dr Barbara spjega wkoll li wara li jittieħed kampjun biex isir it-test għal Coronavirus, dan jagħti riżultat fi żmien sagħtejn.

Fl-ajruport u fil-Port hemm tagħmir apposta li jkejjel it-temperatura fil-ġisem tal-bniedem u għalhekk dan qed jgħin biex f’każ li jidħol xi ħadd infettat bil-virus, jinqabad mal-ewwel.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend