Enrico Camilleri ta’ 55 sena minn Ħal Luqa inħeles minn akkuzi li fil-pussess tiegħu kellu d-droga.
FL-2010, wara party f’Ta Qali, il-pulizija minn tfittxijiet li għamlu fil-vettura tiegħu sabu disa pillola ecstasy fl-ashtray. Camilleri ċaħad li d-droga kienet tiegħu.
Qal li f’dak il-lejl kien wassal lit-tfajla tiegħu u żewġ irġiel oħra.
Wieħed mill-irġiel kien bilqeda fuq quddiem u seta kien hu li pejjep.
Il-Maġistrat Natasha Galea Sciberras ħelset lil Camilleri mill-akkuzi wara li l-Qorti ma sabitx biżejjed evidenza li l-pilloli ecstasy kienu ta’ Camilleri.
Għal Enrico Camilleri dehru l-avukati Veronique Dalli u Edward Gatt.