It-tifqiegħa tal-Coronvirus fl-Ewropa tinxtered mill-Italja – One News

It-tifqiegħa tal-Coronvirus fl-Ewropa tinxtered mill-Italja

Bosta pajjiżi Ewropej oħra fosthom l-Awstrija, il-Kroazja, l-Isvizzera, il-Greċja u l-Maċedonja ta’ Fuq ħabbru l-ewwel każijiet tal-coronavirus.

Dawn il-każijiet ġodda rrapurtati jinvolvu persuni li riċentament kienu  fl-Italja u rritornaw f’pajjiżhom.

Fi Franza ġie kkonfermat l-ewwel mewt kawża ta’ dan il-virus.

F’Nizza ġie mħassar l-għeluq tal-Karnival minħabba t-tixrid tal-virus.

L-Italja huwa l-aktar pajjiż Ewropew affettwat minn dan il-virus, s’issa b’aktar minn 300 każ u 12-il persuna irrapurtati li mietu b’dan il-virus.

Intant f’lukanda f’Tenerife fil-gżejjer Kanarji, riżultat li hemm nies infettati bil-coronavirus, turisti oħra għadhom maqbuda fil-lukanda ma jistgħux joħorġu.

Intant il-Brażil irrapporta wkoll l-ewwel każ tal-coronavirus ta’ Brażiljan li rritorna mill-Italja.

L-għaqda dinjija tas-saħħa qalet li issa hemm iżjed każijiet tal-coronavirus madwar id-dinja milli fiċ-Ċina biss.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend