Tħabbret il-mewt tal-ex Kap Eżekkuttiv tal-BOV Mario Mallia. Huwa miet fl-għomor ta’ 59 sena.
Is-Sur Mallia ħareġ bil-pensjoni f’Diċembru li għadda u miet meta nqalgħu xi kumplikazzjonijiet waqt operazzjoni li daħal jagħmilha llum.
Hu kien serva bħala Kap Eżekuttiv mill-bidu ta’ Jannar ta’ erba’ snin ilu sal-aħħar tas-sena li għaddiet. Huwa beda jaħdem il-Bank of Valletta f’Settembru tal-1979 u ħadem f’diversi fergħat tal-bank.
Huwa kien miżżewweġ u kellu żewġt itfal.