Imut l-ex Kap Eżekuttiv tal-BOV – One News

Imut l-ex Kap Eżekuttiv tal-BOV

Tħabbret il-mewt tal-ex Kap Eżekkuttiv tal-BOV Mario Mallia.  Huwa miet fl-għomor ta’ 59 sena.

Is-Sur Mallia ħareġ bil-pensjoni f’Diċembru li għadda u miet meta nqalgħu xi kumplikazzjonijiet waqt operazzjoni li daħal jagħmilha llum.

Hu kien serva bħala Kap Eżekuttiv mill-bidu ta’ Jannar ta’ erba’ snin ilu sal-aħħar tas-sena li għaddiet. Huwa beda jaħdem il-Bank of Valletta f’Settembru tal-1979 u ħadem f’diversi fergħat tal-bank.

Huwa kien miżżewweġ u kellu żewġt itfal. 

Ta’ QabelLi Jmiss

1 Comment

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend