“It-turiżmu f’pajjiżna jinsab f’qagħda tajba ħafna.”
Iddikjara dan il-President tal-Assoċazzjoni tal-Lukandiera u r-Ristoranti l-MHRA, Tony Zahra waqt laqgħa mal-Prim Ministru Robert Abela.
Il-President tal-MHRA qal li llum t-taxxa li titħallas mis-settur turistiku laħqet l-ispiża tas-servizzi tas-saħħa.
Qal li fl-aħħar ħamsin sena sar titjib pożittiv fejn jidħol il-qasam turistiku u issa jeħtieg li titfassal viżjoni għall-għaxar snin li ġejjien ibbażata fuq is-sostenibbilità u aktar titjib fil-prodott turistiku ta’ pajjiżna.
Il-Prim Ministru Robert Abela qal li l-MHRA hija sieħeb strateġiku biex flimkien magħha l-Gvern ikompli jsaħħaħ s-settur turistiku.
Il-Prim Ministru qal li n-numri ta’ turisti li jiġu Malta huma sbieħ ħafna u jagħtuna kuraġġ biex nattiraw iżjed turisti ta’ kwalità.
Tenna l-impenn tal-gvern li li jsaħħaħ l-infrastruttura tal-pajjiż filwaqt li tiżdied il-konnettività ma’ pajjiżi oħra anki permezz tal-linja nazzjonali tal-ajru, l-Air Malta.
Il-Prim Ministru Robert Abela qal li l-ħarsien tal-ambjent hu kruċjali biex jibqgħu jiġu attirati t-turisti.
F’dan il-kuntest tkellem dwar iż-żamma tal-indafa fosthom anki fil-bajjiet madwar il-pajjiż.