BIL-FILMAT: Fil-periklu tal-mewt wara ħabta f’Ħal Qormi – One News

BIL-FILMAT: Fil-periklu tal-mewt wara ħabta f’Ħal Qormi

Raġel ta’ tnejn u ħamsin sena minn Ħal Qormi jinsab fil-periklu tal-mewt wara li kien involut f’ħabta bejn żewġ karozzi fil-bypass tal-Imrieħel.

L-inċident seħħ dalgħodu għal ħabta tas-sitta u nofs f’Ħal Qormi direzzjoni lejn il-Marsa.

Il-Pulizija tad-Distrett marret minnufih fuq il-post fejn minn investigazzjonijiet preliminari li saru rriżulta li seħħet ħabta bejn karozza tat-tip Suzuki Wagon misjuqa mir-raġel u karozza tat-tip Land Rover misjuqa minn mara ta’ tletin sena mir-Rabat.

Il-pulizija spjegat li dwar dan il-każ se tinħatar inkjesta.

Intant sewwieq ta’ mutur weġġa’ gravi wara li llum wara nofsinhar kien involut f’ħabta ma’ karozza fi Triq l-Imġarr, ix-Xewkija.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend