Arrestat il-ħalliel li nqabad jisraq fil-fatt minn ħanut f’Tas-Sliema – One News

Arrestat il-ħalliel li nqabad jisraq fil-fatt minn ħanut f’Tas-Sliema

Ġermaniż ta’ tnejn u tletin sena ġie arrestat kmieni dalgħodu fil-Gżira b’rabta ma’ allegat serqa li seħħet il-bieraħ it-Tlieta, f’ħanut f’Tas-Sliema.

Ir-raġel deher f’filmat jisraq u juża l-pepper spray sabiex iżomm lis-sid tal-ħanut il-bogħod waqt li hu kien qed jieħu l-flus mill-kexxun.

Is-serqa seħħet ilbieraħ, għall-ħabta tat-tlieta neqsin kwart ta’ wara nofsinhar minn ħanut fi Triq il-Creche.

Jirriżulta li r-raġel ħarab minn fuq il-post iżda dalgħodu r-raġel intlemaħ fil-Gżira u ġie arrestat minnufih mill-pulizija tal-RIU.

 

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend