Anzjan weġġa’ meta allegatament tliet persuni daħlu fuqu biex jisirquh – One News

Anzjan weġġa’ meta allegatament tliet persuni daħlu fuqu biex jisirquh

Anzjan ta’ 72 sena minn Ħal Qormi qed isofri minn ġrieħi gravi wara li kien allegatament aggredit minn tliet persuni waqt attentat ta’ serq.

Il-każ seħħ it-Tlieta għall-ħabta tal-11:00 ta’ filgħaxija fi Triq Santa Katarina Ħal Qormi. Minn stħarriġ perliminari illi sar, irriżulta li l-anzjan kien agredit minn tliet persuni, bl-aggressuri jaħarbu minn fuq il-post mingħajr ma serqu xejn.

Fuq il-post ġie msejjaħ tim mediku mill-Isptar Mater Dei li ħadu lill-vittma l-isptar għal aktar kura, fejn l-anzjan ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi ta’ natura gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan il-każ għadhom għadejjin filwaqt li qed issir tfittxija għall-aggressuri.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend