Jiċħdu li saret vjolenza domestika fuq Melanie – One News

Jiċħdu li saret vjolenza domestika fuq Melanie

Din hija stqarrija mingħand il-familja Calleja li tiċħad li qatt saret vjolenza domestika fid-dar. Din hija kollha malafama intenzjonata biex jintefa’ dell ikrah fuq il-familja li tant għamlet magħha. Il-familja Calleja tistqarr li minn meta kienet żgħira, Melanie, dejjem kellha karattru diffiċli u kienet ribelluża ħafna. Il-familja tgħid li bil-karattru li għandha Melanie żgur li qatt ma kienet ser tħalli lil xi ħadd jagħmel pussess fuqha kif qed tgħid hi. Kienet dejjem toħodha kontra min jiftħilha għajnejha, saħansitra anke meta il-familja kollha ppruvat tagħtiha għajnuna professjonali u hi rrifjutatha. Il-membri tal-familja kollha dejjem qagħdu attenti kif jaġixxu magħha minħabba l-istat mentali tagħha, għalkemm ġew attakkati u malafamati kemm-il darba.

Oħtha t-tewmija ta’ 23 sena, gradwata mill-Università, tistqarr li kull sekonda u mument li għexet Melanie ġol-istess dar, għexitu magħha hi wkoll. Tistqarr li minħabba l-aġir ta’ oħtha t-tewmija Melanie, hi batiet ħafna għaliex ikollha jġorr id-dell ikrah ta’ oħtha, li ħoloqilha ħafna sitwazzjonijiet imbarazzanti bla ħtija ta’ xejn. Tistqarr, li Melanie kontinwament toħloq xenati u drama biex tiġbed l-attenzjoni biex tasal għall-intenzjonijiet qarrieqa tagħha. Hija tgħid li qatt ma saret vjolenza domestika fuqhom u għadha tgħix kuntenta d-dar ma’ ommha u missierha fejn qatt ma kien jonqosha xejn u trabbiet f’imħabba u rispett kbir.

Oħthail-kbira ta’ 27 sena, miżżewga u għandha tifel u wkoll gradwata mill-Università. Hija tistqarr li ħlief rispett u mħabba mid-dar ma ratx. Tgħid li ommha u missierha għamlu sagrifiċċji kbar għalihom kollha biex tawhom u ħallsulhom għall-aqwa edukazzjoni, saħħa u delizzji fost l-oħrajn. Tistqarr li għadha tmur id-dar tal-ġenituri tagħha kuljum u tieħu lil binha magħha għax taf f’liema mħabba u għożża trabbew huma, u tgħid li hekk qed jikber binha wkoll.

Il-missier ta’ 58 sena, jistqarr li hu u martu dejjem kienu u għadhom jaħdmu flimkien għal ġid tal-familja u ta’ wliedhom kollha. Jistqarr li kieku dawn l-affarijiet kienu jiġru, kien ikun hu l-ewwel wieħed li jieħu l-passi meħtieġa. Jgħid li mhux tort tagħhom li din it-tifla rribellat kontrihom u li ma jafux għalfejn qed turi din il-mibgħeda  kollha lejhom. Il-missier jistqarr li is-sagrifiċċji li għamlu hu u martu biex tawhom l-edukazzjoni dejjem għamluhom minn qalbhom, saħansitra lit-tlett ulied wassluhom kollha sat-tarġa tal-Università. Imbagħad jigu mġeddin minn binthom Melanie li din l-edukazzjoni li tawha, ser tużahha kontrihom.

Il-familja Calleja jistqarru li qatt ma xtaqu li jaslu s’hawn, però Melanie ma ħallitilhom l-ebda alternattiva. Il-familja Calleja tinsab verament imwegġa’ b’dan l-aġir tagħha u tgħid li spiċċaw kollha vittmi tagħha.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend