Imut l-Eks President Eġizzjan Hosni Mubarak – One News

Notifiki

Imut l-Eks President Eġizzjan Hosni Mubarak

L-eks President Eġizzjan Hosni Mubarak miet fl-età ta’ 91 sena.

Huwa miet fi sptar fil-Kajr wara li għal dawn l-aħħar snin saħħtu marret lura.

L-istazzjon nazzjonali Eġizzjan ikkonferma l-mewt tal-eks President.

Ix-xahar li għadda Mubarak għamel operazzjoni u nhar is-Sibt li għadda, ibnu Alaa spjega kif missieru kien taħt kura intensiva.

Mubarak tneħħa mill-poter fl-2011 wara protesti kbar fil-pajjiż kontra t-tmexxija tiegħu.

Mubarak instab ħati b’kompliċità fuq il-qtil ta’ dimostranti li kienu pprotestaw fir-rivoluzzjoni fl-Eġittu iżda tliet snin ilu din is-sentenza nbidlet u ħelset lill-eks mexxej Eġizzjan.

Huwa kien għamel karriera fil-qawwa tal-ajru Eġizzjana u fis-sebgħinijiet daħal fix-xena politika meta sar il-Viċi-Ministru għad-Difiża tal-pajjiż.

Mubarak kien il-Viċi-President tal-Eġittu għal 6 snin sakemm waqt parata militari, il-President ta’ dak iż-żmien Anwar Saddat inqatel wara li suldati sparaw fuqu.

Dakinhar Mubarak kien indarab iżda mbagħad laħaq flok Sadat li kien għadu kemm iffirma ftehim ta’ paċi mal-Iżrael dak magħruf bħala ta’ Camp David.

Hu magħruf li Hosni Mubarak kien oppona dan il-ftehim li kien jittratta dwar il-kunflitt fl-Lvant Nofsani bejn il-Lhud u l-Palestinjani.

Filwaqt li jibqa’ mfakkar għall-istabbilità u sens ta’ prosperità li ta fil-bidu tat-tmexxija tiegħu, Mubarak affaċċja akkużi ta’ koruzzjoni.

Sitt snin ilu, f’dehra rari huwa wera l-appoġġ tiegħu lejn Abdel Fattah el-Sisi li llum huwa s-6 President tar-Repubblika Eġizzjana.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend