Illejla jintemm ir-renju tal-bluha – One News

Illejla jintemm ir-renju tal-bluha

Illejla jinżel is-siparju fuq ir-renju tal-bluha.

Kienu ħames t’ijiem li fihom il-Karnival ġie ċċelebrat bil-kbir, f’temp sabiħ li ħalla lid-dilettanti tal-Karnival igawdu dak li tant ħadmu għalih b’dedikazzjoni liema bħalha.

Bħalissa għaddej dak magħruf bħala d-defilè fi Triq Sant’Anna fil-Floriana.

Hemm hekk hemm il-karru tar-Re tal-Karnival, segwit mill-karrijiet l-oħra u maskaruni jduru ma’ din it-triq twila, akkumpanjati mill-kumpaniji taż-żfin jagħtu l-aħħar spettaklu fil-Karnival ta’ Malta.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend