Fil-Brażil: Jinqatlu 147 minħabba l-Pulizija qegħdin bi strajk – One News

Notifiki

Fil-Brażil: Jinqatlu 147 minħabba l-Pulizija qegħdin bi strajk

Fl-istat ta’ Ceara fil-Brażil 147 persuna sfaw maqtula minħabba li l-Pulizija tal-lokal ilhom fuq strajk għal dawn l-aħħar ħamest ijiem.

Fil-fatt ir-rata ta’ mwiet f’dan il-post bħalissa tinsab ħames darbiet aktar mis-soltu. Għalkemm l-armata tal-pajjiż qed tagħmel dak kollu li tista’ fin-nuqqas tal-Pulizija.

Huma bdew bl-istrajk l-Erbgħa li għadda għaliex qegħdin jitolbu għaż-żieda fil-pagi. Dan minkejja li l-liġi Brażiljana tipprojbixxi Uffiċjali tal-Pulizija mill-jistrajkjaw u jekk jagħmlu dan xorta waħda jistgħu jaffaċċjaw akkużi li jġorr magħhom piena ta’ ħabs.

Intant b’rabta ma’ dan il-każ, s’issa ġew sospiżi aktar minn 200 uffiċjal.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend