Beda x-xogħol fuq il-masterplan ta’ Marsalforn – One News

Beda x-xogħol fuq il-masterplan ta’ Marsalforn


Beda x-xogħol fuq l-ewwel fażi minn tlieta fuq il-proġett ta’ Marsalforn li qed isir b’investment ta’ €3 miljun.

Il-Perit responsabbli mill-proġett Shaun Micallef spjega li fl-aħħar ġimgħat għaddew mill-ġdid is-servizzi tad-drenaġġ u ġew installati riservi ġodda: “Eskavajna l-materjal li kien hawn u għamilna build up biċ-ċagħaq u b’dak kollu li kien hemm bżonn bħala blinding layer u ‘l quddiem ħa ssir ukoll bażi tal-konkos li se tkun tiflaħ il-karozzi li ħa jgħaddu minn fuqha.”

Ix-xogħol fuq il-masterplan tax-xatt jinkludi wkoll it-tqegħid ta’ pavimentar u għamara ġdida u l-installazzjoni ta’ sistema ġdida ta’ dawl biex iż-żona tingħata dehra kontemporanja. Se jiġu allokati wkoll madwar 12,850 metru kwadru għall-imwejjed u s-siġġijiet għall-ħwienet li hemm fix-xatt.

Waqt żjara fuq il-lant tax-xogħol, il-Ministru għal Għawdex Clint Camilleri qal li l-Gvern qed jirrikonoxxi l-isforzi mwettqa mis-settur privat biex jittrasforma Marsalforn f’ċentru turistiku u ta’ divertiment.

Il-Ministru Camilleri fisser: “Qegħdin nibdlu s-servizzi kollha u ser inkunu qegħdin nippavimentaw din l-area turistika li tiġbed diversi turisti Għawdxin u Maltin speċjalment fiż-żmien tas-sajf.”

Il-Ministru Camilleri qal li l-aċċess fuq il-promenad se jkun biss għall-mixi waqt li l-aċċess għall-vetturi se jkun biss għal dawk li jagħtu servizz.

Dan sabiex tħeġġeġ l-użu ta’ mezzi ta’ trasport aktar favur l-ambjent u li jippromwovi stil ta’ ħajja aktar b’saħħitha.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend