Studenti tal-farmaċija jippreżentaw l-istudji tagħhom dwar il-qasam – One News

Studenti tal-farmaċija jippreżentaw l-istudji tagħhom dwar il-qasam

Stephanie Casssar li tinsab fit-tielet sena għad-Dottorat fil-kors tal-Farmaċija, qalet li r-riċerka fil-farmaċija f’Malta qiegħda tkompli tikber, u dan mhux biss minħabba l-avvanzi li qegħdin isiru fl-isfond ekonomiku lokali, imma wkoll mil-lat edukattiv.

Ma’ One News, Stephanie Cassar tkellmet magħna dwar ir-riċerka li wettqet għad-dottorat tagħha.

“Il-focus tal-istudju huwa rigward il-pazjent u l-adherence, jiġifieri kemm qiegħed jimxi mal-medication regiment tiegħu, u l-leftover li jkun ħalla, jiġifieri li jkun qed jinġabar xi jkun qed jiġri minnu. Jiġifieri jista’ jkun jew jutilizzah jew inkella jkun qed jintrema għax ikun skada. L-idea hi li kemm jista’ jkun inżidu l-adherence biex inaqqsu l-waste.”

L-ispiżjara qalet li bħalissa qiegħda tanalizza t-tagħrif miġbur mir-riċerka, li wriet li wħud mill-pazjenti ma jimxux kif indikat lilhom mit-tabib  u għalhekk il-mediċina tispiċċa biex tinħela. Kompliet tgħid li ħafna mill-pazjenti ma jkunux jafu l-valur tal-mediċina li tingħatalhom b’xejn mill-Istat.

“Bħala riżultati minn żewġ pharmacies inġabru madwar ħamest elef ewro ta’ mediċina f’perjodu ta’ tmien ġimgħat, jiġifieri dik il-mediċina qed tinħela fil-verità. L-ewwel nett dak il-flus li ntefqu f’dik il-mediċina setgħu ġew investiti f’postijiet oħra.”

Il-Kap tad-Dipartiment tal-Farmaċija fl-Università ta’ Malta, il-Professur Lilian Azzopardi tkellmet dwar l-importanza ta’ dan is-simpożju.

“Dawn il-proġetti ta’ riċerka li qed jiġu ppreżentati huma proġetti li huma ta’ valur għax qed jagħtu lura riżultati li nistgħu nużawhom anke bħala pajjiż, għandna eżempji ta’ riċerka li ssir fl-ispiżeriji, kif nistgħu ngħinu lill-pazjent juża l-mediċini aħjar, kif jista’ jaċċessa ċertu mediċini li forsi mhumiex daqshekk, huma mediċini avvanzati u allura s-symposium jiġbor fih riżultati ta’ riċerka avvanzata li qed issir fid-Dipartiment, jiġi ppreżentat fuq sfond lokali.”

Il-Professur spjegat li preżentament id-Dipartiment għandu madwar 30 fil-mija tal-istudenti li ġejjin minn diversi pajjiżi madwar id-dinja

“allura r-riċerka li qed issir hawn Malta flimkien ma’ partners oħra anke barra minn Malta, issa qed tevolvi biex huma jieħdu dawn ir-riżultati lura lejn pajjiżhom u b’hekk id-dinja tal-farmaċija tkompli tespandi.”

Dan is-simpożju kien indirizzat ukoll mis-Segretarju Parlamentari għall-Protezzjoni tal-Konsumatur Deo Debattista u l-Ministru għall-Edukazzjoni Owen Bonnici.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend