Raġel isoffri ġrieħi gravi wara ħabta bejn mutur u karozza fil-Mellieħa – One News

Raġel isoffri ġrieħi gravi wara ħabta bejn mutur u karozza fil-Mellieħa

Slovak ta’ 28 sena li jgħix il-Mellieħa sofra ġrieħi gravi wara ħabta fi Triq it-Telgħa ta’ Selmun.

Il-każ seħħ għal ħabta tas-1:30 ta’ wara nofsinhar. F’dan l-inċident kienu involuti karozza tat-tip Toyota Aygo li kienet misjuqa minn Ingliż ta’ 64 sena u mutur tal-għamla Honda CB li kien misjuq mis-Slovak.

Fuq il-post issejjaħ tim mediku li ta l-ewwel għajnuna u ambulanza ħadet lis-sewwieq talmutur l-Isptar Mater Dei għall-kura meħtieġa.

L-investigazzjonijiet tal-pulizija għadhom għaddejjin, li qed jitmexxew mill-Pulizija tad-Distrett.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend