Ahmid Rabu, ta’ 34 sena mit-Togo nżamm arrestat wara li fil-mobiles tiegħu instablu materjal pornografiku tat-tfal.
F’Novembru ilhi għadda huwa kien intbagħat fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin wara li tressaq il-Qorti għax kellu fil-pussess tiegħu dokumenti foloz. Meta fil-ħabs bdew isirulu t-tfittxijiet bl-iscanners, irriżulta li fil-pussess tiegħu kellu sustanza illegali u ħames mobiles.
L-awtoritajiet tal-ħabs taw il-mobiles lill-pulizija li mill-investigazzjonijiet ilhi għamlu sabu materjal pornografiku tat-tfal fil-mobiles, anki jekk ġew imħasrin mill-akkużat.
Il-Maġistrat Donatello Frendo Dimech ordnat sabiex l-akkużat jinżamm arrestat.