Il-karru tal-kontinenti għandu moviment ġdid għall-Karnival Malti  – One News

Il-karru tal-kontinenti għandu moviment ġdid għall-Karnival Malti 

L-għasfur taċ-ċomb magħmul mill-karta ta’ pesta jdur l-Ewropa fuq quddiem, l-Asja fuq wara u l-Amerka u l-Afrika mal-ġnub.

Il-ftit jiem tal-karnival huma jiem mimlija kuluri u karrijiet iżda l-kreattività wara l-mervilji li naraw fit-toroq ta’ pajjiżna jkunu ilhom maħsuba minn xhur twal qabel.

B’mod speċjali l-ġganti tal-karta pesta li jibdew minn tpinġija fuq sempliċi karta.

Clayton Grogan mill-kumpanija tal-karnival Dream Team spjegalna kif dawn il-karrijiet jittrasformaw minn sempliċi disinn fuq karta għal karattri ħajjin mexjin.

“L-ewwel tibni l-isketch u skont l-isketch tibda tara x’ħadid, tara x’ħa ċċaqlaq u movimenti etcetera , aktar milli hydraulic fih ħafna muturi wkoll għax inti eżemju jekk għandek, ħa ċċaqlaq idej kontinwa mhux ħa tagħmilha bil-hydraulic tuża muturi għax inti muturi għandek moviment qiegħed kontinwu. Hydraulic normalment tużahom meta inti ħa tgħolli xi ħaġa jew ħa tiftaħ.”

Qalilna li l-karru tal-kontinenti għandu moviment ġdid għall-karnival Malti li jinvolvi t-tidwir ta’ ballun li mbagħad minnu joħroġ il-mascot tal-karnival Malti.

Clayton ilu għal dawn l-aħħar erbatax – il sena jieħu sehem fil-karnival u stqarr li dawn l-erbat ijiem tal-karnival iġorru magħhom sodisfazzjon kbir.

“Mhuwiex l-ewwel karru tiegħi, ili narma fil-karnival għal dawn l-erbatax –il sena. Għalkemm tagħmel sena sħiħa fil-maħżen tkun tixtieqhom dawn l-aħħar, dawn l-erbat ijiem. Anzi t-temp iffavorixxiena ħafna u għalkemm illum daqsxejn iktar riħ imma ma jidhirx li ħa tagħmel xita allura dal-jumejn għandna ċans ingawdu l-aħħar jumejn li tant inkunu ilna nixtiequ.”

Id-dilettant tal-karnival qalilna li minkejja din is-sena għamlu biss erba’ xhur jaħdmu fuq dan il-karru, ta’ kuljum wara x-xogħol kienu jagħmlu ħilithom għal dan iż-żmien tant mistenni.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend