Il-Karnival iċċelebrat f’San Blas – One News

Il-Karnival iċċelebrat f’San Blas

Il-Ħadd wara nofsinhar, il-Kommunitajiet residenzjali kontra l-abbuż ta’ Droga ta’ Caritas Malta, iċċelebraw il-Karnival fiċ-Ċentru ta’ San Blas.

Kull kommunità għażlet tema u dwar din it-tema bdew karru, għamlu l-kostumi magħmulin minn materjal irriċiklat u għamlu żifna.

F’dan il-karnival ħadu sehem erba’ timijiet li kienu ġejjin minn San Blas, mill-Prison Inmates Programme u minn Dar Charles Miceli.

Għal din l-attività ġew mistiedna familjari bit-tfal tar-residenti u kienet attività li ġabet il-komunitajiet flimkien.

Id-direttur ta’ Caritas Malta Anthony Gatt irringrazzja l-istaff li jorganizzaw attivitajiet bħal dawn, attivitajiet li b’mod konkret iwasslu l-messaġġ li possibli tiddeverti u tiċċelebra b’mod mill-iktar ġenwin u f’sensi sani li finalment iwasslu għall-saħħa mentali sana u b’saħħitha.

 

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend