Direttivi ġodda mill-Knisja dwar it-Tqarbin minħabba l-Coronavirus – One News

Direttivi ġodda mill-Knisja dwar it-Tqarbin minħabba l-Coronavirus

Il-kurja ta’ Malta ħarġet direttivi dwar it-tqarbin fl-isfond li f’xi pajjiżi qed tinxtered il-Coronavirus.

Il-Kurja, fi stqarrija, qalet li bħala miżuri ta’ prekawzjoni u biex jiġi evitat kemm jista’ jkun il-periklu ta’ tixrid ta’ dan il-virus.

Id-direttiva hija t-Tqarbin Ewkaristiku bl-ostja għandu jsir biss fl-idejn u mhux fil-ħalq.

Il-Knisja qalet li fil-każijiet permess għal Tqarbin mill-kalċ, It-Tqarbin m’għandux isir billi wieħed jixrob direttament mill-istess kalċi.

Fl-istqarrija, l-Knisja fakkret li kull min jiċċelebra l-Quddiesa għandu jassigura ruħu li jkun iddiżinfetta idejh sewwa qabel ma tibda l-Quddiesa u f’każ ta’ bżonn qabel jibda jqarben.

L-istess għadhom isegwu l-Ministri Straordinarji tat-Tqarbin, kif diġà hija drawwa, li għandhom jassiguraw li jiddiżenfettaw idejhom qabel ma jqarbnu.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend