Delia ma tax ċans lill-blue heroes iwieġbu mistoqsija ta’ ONE News wara li talbuh jirriżenja – One News

Delia ma tax ċans lill-blue heroes iwieġbu mistoqsija ta’ ONE News wara li talbuh jirriżenja

Fi sforz iddisprat tal-Kap Nazzjonalista Adrian Delia biex jgħatti l-qasma li fniet lill-Partit Nazzjonalista, it-Tnejn waranofsinhar stieden tnejn mis-seventeen blue heroes ta’ Jason Azzopardi għal konferenza stampa li laqqa’ fl-Istamperija tal-Pietà.

Madankollu, filwaqt li poġġa lil dawn iż-żewġ deputati bilqiegħda fuq siġġu warajh ma’ tnejn mill-ftit alleati tiegħu, Delia waqqaf lill-ġurnalist ta’ ONE News milli jistaqsi mistoqsija lid-Deputat Karl Gouder dwar it-taqbida għat-tmexxija tal-Partit Nazzjonalista.

“Ġurnalist- mistoqsija lil Karl Gouder li jinsab bilqiegħda warajk. Delia- jien qed inwieġeb il-mistoqsijiet illum u staqsi lili Ġurnalist- L-Onorevoli Gouder. Delia- Lili staqsi għax jien qed inwieġeb il-mistoqsijiet Ġurnalist- Għandi mistoqsija għall-Karl Gouder u wara għandi mistoqsija għalik ukoll. Delia- Ħu naqra paċenzja, jien qed nagħmel il-press conference u jekk trid tagħmel il-mistoqsijiet inwieġbek. Wara staqsi lil min trid”

Biex jipprova joħroġ mill-isqaq li daħħluħ fih sbatax mid-Deputati tiegħu, Delia qal li kull min hemm warajh qiegħed miegħu. Madankollu l-istess żewġ Deputati huma fuq il-lista tas-17 blue heroes ta’ Jason Azzopardi li talbuh biex iwarrab minn kap tal-partit.

Meta mistoqsi jekk Karl Gouder u Stephen Spiteri għandhomx fiduċja fih, Delia ma kienx jaf iwieġeb u ħarab mill-mistoqsija.

“U id-Deputati ta’ warajk għandhom fiduċja fik bħala Kap? Meqjusa bħala s-17 blue heroes għandek lil onorevoli Spiteri u lil Onorevoli Gouder. – Naħseb m’intix tifhem”

Meta reġa’ kien mistoqsi għalfejn ħa erba’ persuni miegħu biex joqogħdu bilqiegħda warajh u ma jħallihomx jitkellmu, Delia telaq minn fuq il-podium u pprova jintimida lill-ġurnalist.

“Dr Delia, għalfejn ġibt 4 minn nies bilqiegħda warajk u ma ħallejthomx jitkellmu? – Ma nafx forsi ġieli mortx press conference imma kien hemm wieħed Joe Muscat kien ikollu xi 50 ruħ warajh. Kienu jitkellmu kollha? – Meta tistaqsi jweġbuk intom staqsejkom u ma ħallejtux jitkellem”

Fl-istess waqt li l-eks President tal-Kunsill Ġenerali tal-Partit Nazzjonalista Paula Mifsud Bonnici nstemgħet tidħaq, Gouder, Spiteri u Maria Deguara ħarġu malajr mill-kamra biex jevitaw il-mistoqsijiet tal-ġurnalisti.

 

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend