ARA: Il-Corona Virus, Spider Man u l-politika fost it-temi fil-Karnival tan-Nadur – One News

ARA: Il-Corona Virus, Spider Man u l-politika fost it-temi fil-Karnival tan-Nadur

Wara l-eluf kbar ta’ persuni li s-Sibt filgħaxija ħonqu l-pjazza tan-Nadur, matul il-lejl tal-Ħadd, l-karnival spontanju kompla mill-ġdid diversi karrijiet spontanji janimaw lil dawk preżenti bit-temi diversi tagħhom. Temi li xi drabi lanqas timmaġina li minnhom xi ħadd tiġih idea li jferraħ lil ħaddieħor. Ma naqsux kostumi partikulari li jiġbdu s-saqajn speċjalment dwar temi kontemporanji politiċi kif ukoll kostumi ta’ nies popolari kemm lokali u kemm internazzjonali.

Stqarrija mill-Kunsill Lokali tan-Nadur qalet li fil-ġurnata tal-lum tiżdied l-ispontanjetà u maskli makabri tradizzjonali magħmulin l-iktar min-nies tal-lokal u din il-ħaġa tagħmel il-karnival tan-Nadur l-iktar wieħed imfittex mill-familji. Minn xkora mqatta’ u oġġett li mhux tajjeb għal xejn ħlief biex tirriċiklah, in-nies tan-Nadur kapaċi joħolqu kostum tad-daħk jew makabru li trid jew ma tridx ikollok tħares lejh u jekk xejn tammira l-immaġinazzjoni ta min ħasbu, għamlu u qed jilbsu biex iferraħ lil ħaddieħor.

Ritratti: Anaca Photography

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *