Mixli b’attentat ta’ serq fil-Ħamrun – One News

Mixli b’attentat ta’ serq fil-Ħamrun


Mahdi Mohammed ta’ 37 sena mill-Libja nżamm arrestat wara li ġie mixli li pprova jisraq minn appartament fil-Ħamrun kmieni s-Sibt filgħodu.

Huwa ġie mixli wkoll mill-Ispetturi Stacy Attard u Saviour Baldacchino li darab persuna, li nstab fil-pussess ta’ oġġetti li jistgħu jintużaw biex jisgassaw serraturi mingħajr permess, li ġarr strument bil-ponta, li kkommetta reat waqt li kien b’sentenza sospiża u li kien riċediv.

Fil-Qorti l-imputat qal li kien qed jgħix barra u daħal fir-residenza sabiex jistkenn mill-kesħa.

Huwa wieġeb mhux ħati iżda ma talabx għall-ħelsien mill-arrest.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *