Kull passiġġieri li se jidħol Malta se jkun skrinjat għall-Coronavirus – One News

Kull passiġġieri li se jidħol Malta se jkun skrinjat għall-Coronavirus


L-Awtoritajiet tas-Saħħa Maltin qegħdin jieħdu l-miżuri neċessarji sabiex ikunu prepararat f’każ li l-virus  COVID-19 jidħol f’Malta.

Fid-dawl li huwa mistenni li dan il-virus ikompli jinfirex f’pajjiżi oħra minbarra ċ-Ċina u pajiżi Ewropej, l-awtoritajiet bdew sorveljanza fuq il-passiġġieri kollha li qegħdin jidħlu f’pajjiżna mill-pajjiżi milquta.

Intant, matul din il-ġimgħa se jkunu qegħdin jiġu installati cameras ta’ solvejanza sabiex ikunu jistgħu jiġu skrinjati l-passiġġieri li jidħlu f’Malta. Dawn il-kameras se jkunu qed jiġu installati fit-terminals tal-cruise liners u l-catamaran. Dan intqal fi stqarrija mill-Uffiċċju tad-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa Chris Fearne.

L-Awtoritajiet tas-Saħħa qed tappella għall-koperazzjoni tal-pubbliku. Għal aktar informazzjoni wieħed għandu jċempel 21324086 jew jikkuntattja lit-tabib tiegħu jekk ikun mar fil-pajjiżi affettwati matul l-aħħar erbatax-il jum jew jekk għandu xi sintomi ta’ mard respiratorju.

L-Awtoritajiet tas-Saħħa qed jappellaw ukoll għall-koperazzjoni tal-pubbliku rigward xi investigazzjonijiet dwar suspett ta’ każijiet ta’ Coronavirus, iżolazzjoni, intraċċar ta’ kuntatt u kwarantina.

S’issa kien hemm żewġ każijiet suspettati li ttestjaw fin-negattiv u 3 persuni li qed jinżamm f’kwarantina wara li kien possibbilment kellhom kuntatt ma’ persuna infettata fuq il-cruise liner Westerdam. Iżda għalissa ma għandhom l-ebda sintomu tal-COVID-19.

 

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *