Isofri minn ġrieħi gravi wara li kien involut f’inċident bil-mutur – One News

Isofri minn ġrieħi gravi wara li kien involut f’inċident bil-mutur

Slimiż ta’ 55 sena ittieħed b’emerġenza l-Isptar Mater Dei, wara li kien involut f’inċident tat-traffiku fil-Gżira.

L-inċident seħħ ilbieraħ, għall-ħabta tat-8:00 ta’ filgħaxija meta l-Pulizija ġiet infurmata li seħħet kollużjoni f’Misraħ Turu Colombo u fejn kien hemm xi nies li sofrew xi ġrieħi.

Mill-investigazzjonijiet preliminari li saru rriżulta li r-raġel kien qed isuq mutur tal-għamla Yamaha XT400 meta għal xi raġuni tilef il-kontrol u waqa’. B’konsegwenza li l-mutur kellu wkoll impatt ma’ vettura tal-għamla Toyota Vitz li kienet tinsab ipparkjata.

Fuq il-post issejjaħ tim mediku li ta l-ewwel għajnuna u ambulanza ħadet lir-raġel l-Isptar Mater Dei għall-kura meħtieġa. Iktar tard, hu ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija tad-Distrett dwar dan l-inċident għadhom għaddejjin.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend