Fl-Italja: Jitħassru għadd ta’ logħob minħabba l-Coronavirus – One News

Notifiki

Fl-Italja: Jitħassru għadd ta’ logħob minħabba l-Coronavirus

Fl-Italja tħassru tliet logħbiet tas-Serie A, fosthom dik bejn l-Inter u s-Sampdoria minħabba l-biża’ mill-Coronavirus fin-naħa ta’ fuq tal-Italja.

Tħassru wkoll il-logħbiet bejn l-Atalanta u Sassuolo u kif wkoll Verona u Cagliari. S’issa fl-Italja hemm ikkonffermati 79 li huma infettati bil-Coronavirus u żewġ persuni tilfu ħajjithom.

Il-Prim Ministru Taljan, Giuseppe Conte s-Sibt filgħaxija ħabbar li se jitħassru l-attivitajiet sporttivi fin-naħa ta’ fuq tal-Italja li se jsiru il-Ħadd waranofsinhar se jiġu kkanċellati.

Ilbieraħ tħassru madwar 40 avveniment sportiv fosthom logħba tas-Serie B bejn Ascoli u Cremonese minħabba biża’ minn dan il-virus.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend