Fl-Istati Uniti: Bernie Sanders jinsab fuq quddiem – One News

Fl-Istati Uniti: Bernie Sanders jinsab fuq quddiem

Il-kandidat għall-elezzjoni Presidenzjali tal-Istati Uniti Bernie Sanders jidher li assigura postu fuq quddiem fit-tellieqa għal din l-elezzjoni. Dan wara li ġie previst li rebaħ l-istat ta’ Nevada.

Huwa jinsab fil-quċċata b’47% segwit mill-kandidati Joe Biden u Pete Buttigieg b’19% u 15% rispettivament.

Fid-diskors tiegħu, Sanders tenna li l-Amerikani jinsabu mxebbgħin b’President li l-ħin kollu jigdeb. Minkejja dan kollu, t-tiġrija sal-barkun, hekk kif għadu kif ‘il bogħod milli jiġi kkonfermat nominat sabiex jikkontesta kontra l-President attwali Trump.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend