Fir-Renju Unit: Aktar twissijiet ta’ riħ u xita qawwija – One News

Fir-Renju Unit: Aktar twissijiet ta’ riħ u xita qawwija

Fir-Renju Unit komplew joħorġu twissijiet ta’ maltempati qawwija għat-tielet weekend konsekuttiv. Dan wara li South Wales, in-naħa ta’ fuq u ċ-ċentru tal-Ingliterra nħakmu mill-maltempata Ciara u maltempata Dennis.  L-uffiċċju meterjoloġiku qal li x-xita qawwija mistennija tkompli matul il-lejl tal-Ħadd, akkumpanjati b’riħ qawwi u borra fl-Iskozja.

B’kollox kien hemm 82 twissija ta’ għargħar madwar l-Ingliterra u Wales flimkien mal-160 twissija oħra. Minn dawn tnejn biss kienu meqjusa severi.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *